Minn nhar it-Tnejn li ġej, 28 ta’ Frar se jibda t-tqassim tad-dokumenti tal-vot bieb bieb.
Bħalissa dawn id-dokumenti qed jiġu stampati fl-istamperija tal-Gvern. Dawn id-dokument jgħaddu f’idejn il-pulizija sbieħ it-Tnejn filgħodu.
Il-Kummissjoni Elettorali għalqet ir-reġistru elettorali li fuqu se tkun qed issir l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej wara li ġie ffirmat ir-Writ tal-Elezzjoni Ġenerali.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt spjega kif wieħed jista’ jara li jikseb id-dokument tal-vot.
Qal,“Irid ikun hemm elettur id-dar, biex jilqa’ d-dokument tal-vot. Jista’ jkun elettur jew xi ħadd li għandu aċċess għal dik id-dar fejn hemm l-indirizz tad-dokument tal-vot. F’dawk il-każijiet fejn hemm persuni li huma kwarantina, dawk jistgħu wkoll jilqgħu d-dokumenti tal-vot ovvjament irid jiġi evitat il-kuntatt dirett u fiżiku mal-pulizija.
It-tqassim bieb bieb jibqa’ għaddej sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu.
Qal, “Il-Pulizija l-ewwel li ma se jkun qed jagħmel l-ewwel round tat-tqassim bieb bieb. Kif ilesti dak ir-round jerġa’ jibda t-tieni round ovvjament kemm jippermeti l-ħin u ż-żmien infakkar li t-tqassim bieb bieb se jibqa’ sejjer sal-11 ta’ Marzu. Jiġifieri qed nantiċipaw lill-Pulizija jkun qed jiġi aktar min darba jqassam dak id-dokument tal-vot ġo indirizz partikolari.”
Id-dokumenti qed jiġu stampati fuq karta sintetika u sigura, dan sabiex l-ebda dokument ma jkunx jista’ jiġi replikat.
Qal, “Jekk hemm xi ħaġa differenti jew ir-ritratt li hu ħażin. Dan jista’ jkun hemm xi każijiet imma remoti l-każi, jista’ jkellem il-Kummissjoni Elettorali ġewwa t-trade fair grounds in-Naxxar għax l-uffiċini tal-kummissjoni issa qegħdin kollha n-Naxxar jew inkella r-Rabat Għawdex. Nistgħu ntuh aħna l-assistenza bħala Partit Politiku u jikkunatja l-Uffiċju Elettorali ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.”
Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mall-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq fuq 20901531 jew 20901528.