Minn nhar it-Tnejn li ġej, 28 ta’ Frar se jibda t-tqassim tad-dokumenti tal-vot bieb bieb.
Bħalissa dawn id-dokumenti qed jiġu stampati fl-istamperija tal-Gvern. Dawn id-dokument jgħaddu f’idejn il-pulizija sbieħ it-Tnejn filgħodu.
Il-Kummissjoni Elettorali għalqet ir-reġistru elettorali li fuqu se tkun qed issir l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej wara li ġie ffirmat ir-Writ tal-Elezz
B’kollox eleġibbli jivvutaw hemm 355,025 votant, jiġifieri madwar 13,000 votant iżjed mill-aħħar elezzjoni ġenerali fl-elfejn u sbatax.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, Louis Gatt, qal li d-dokumenti se jibdew jitqassmu mit-Tnejn sal-Ħadd bejn it-8 am u s-1 pm u t-3 pm u d-9 pm.
Gatt qal kif dawk li nhar is-26 ta’ Marzu se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar, jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel jiġifieri nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu.
Saħaq li dawk li jridu jivvutaw ġimgħa qabel għandhom imorru l-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar jew ir-Rabat Għawdex minn nhar it-Tnejn li ġej u hemmhekk jikkonfermaw dikjarazzjoni li se jkunu msefrin jew rikoverati.
Il-Kummissjoni Elettorali mhux se titlob dokumentazzjoni imma dak li jkun irid jieħu l-karta tal-identità u jieħu ġurament.
Fl-aħħar jiem ukoll il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li għal dawk li jinsabu msefrin u jridu jiġu jivvutaw se jkun hemm titjiriet apposta tal-Air Malta.
Dawk li jridu japplikaw għandhom jagħmlu dan fuq +35621418118.
Wieħed jista’ wkoll jagħmel kuntatt mall-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528.