F’dawn l-aħħar jiem, beda l-ġbid għal skeda oħra ta’ Ondroad fuq ONE li tibda f’Ottubru li ġej. Din se tkun is-16-il waħda, dejjem fuq l-istazzjon ONE.

”Min qatt kellu jgħidli li ha naslu s’hawn. Niftakar qisu lbieraħ waqt laqgħa li ġejt mgħajjat sabiex intella’ dan il-programm. Kienet xi ħaġa ġdida għalija għalkemm minn dejjem kont dilettant tal-karozzi u muturi, speċjalment il-muturi u għalhekk fil-programm ħloqna test drives tal-muturi. Il-ħabib u kollega tiegħi Mark Doneo, kien qalli ejja taqtax qalbek, issa niġi miegħek u nurik kif isir filming umbaghad f’idejk! u hekk għamilna”
PIERRE BORG – PREŻENTATUR TA’ ONDROADREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI

Pierre Borg, il-moħħ wara Ondroad kompla jgħid li grazzi għall-appoġġ tal-kollegi u d-dirigenti ta’ ONE il-programm sar popolari u wasal għas-16-il skeda. Tul is-snin il-programm ltaqa’ ma’ ħafna sfidi u esperjenzi. Il-programm dejjem sab appoġġ kbir minn bosta sponsors u kollaboraturi li dejjem emmnu f’Ondroad u li tul dawn is-snin dejjem sostnuh, uħud minnhom mill-bidu nett.
Ix-xogħol fuq skeda oħra li tibda f’Ottubru 2023, diga beda u apparti minn hekk, biex jitfakkar is-sittax-il sena, it-tim qed jaħdem fuq żewġ attivitajiet kbar; ir-ritorn ta’ Ondroad Motor Show u Ondroad Charity ride.
