Football Leaks huma meqjusa l-ekwivalenti ta’ Wiki Leaks fid-dinja sportiva. L-eks captain tat-tim Ingliż David Beckham laqqatha meta ħarġu serje ta’ emails li allegatament juru li uża x-xogħol tiegħu ta’ karità bħala parti minn kampanja biex jinħatar kavallier.
Rappreżentanti ta’ Beckham ċaħdu dan kollu, u qalu li l-emails ippublikati kienu misruqa u mbgħabsa. Fihom Beckham allegatament isejjaħ bi kliem dispreġjattiv lill-kumitat li jagħti l-unuri, talli għadu m’għamlux Sir David. Hemm ukoll allgeazzjonijiet li Beckham, ambaxxatur tal-Unicef, talab lil din l-organizazzjoni £6,685 għal titjijra business class biex jattendi avveniment fl-Ażja, anke jekk l-isponsors tiegħu provdewlu jet privat.
Football Leaks qalu wkoll li Beckham irreaġixxa b’rabja meta l-konsulent tiegħu Simon Oliveira ssuġġerixxa li jagħti donazzjoni ta’ miljun dollaru b’ikla tal-Unicef f’Shanghai, għax qal li ma jixtieqx juża mill-flus personali tiegħu.