Ainsley Harriott huwa kok Ingliż u preżentatur tat-televiżjoni, magħruf għall-kompetizzjonijiet televiżivi tiegħu dwar it-tisjir fuq l-istazzjon BBC: Can’t Cook, Won’t Cook u Ready Steady Cook.
Harriott kien jinsab pajjiżna għal tliet ġimgħat, biex ipproduċa ħames programmi dwar il-gastronomija Maltija, li se jixxandru fuq l-istazzjon ITV, li jiġbed miljuni ta’ telespettaturi.
Is-sejre li qed jaħdem fuqha hija ġdida, jisimha Ainsley’s Fantastic Flavours, u xxandret għall-ewwel darba fit-28 ta’ Jannar din is-sena. F’kull episodju Ainsley Harriott joħloq ikliet b’togħma tajba u jibgħat koki oħra fit-triq biex ifittxu togħmiet li jispiraw it-tisjir tagħhom.
Hawn Malta, Harriott l-ewwel żar il-Belt Valletta umbad mar lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż, u żar ukoll razzett tal-patata. L-aħħar jum f’pajjiżna qattgħu f’Għawdex, li sejħilha gżira mill-isbaħ.
Harriott żar pajjiżna bħala bħala parti minn kampanja ta’ marketing li qiegħed jagħmel l-uffiċċju tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fir-Renju Unit.
Tista’ tara l-avventuri ta’ Ainsley Harriott hawn Malta permezz tal-paġni soċjali tiegħu. Fuq Instagram biss, huwa segwit minn 106,000 persuna madwar id-dinja.