L-għaqda mhux governativa Beating Hearts ippreżentat donazzjoni ta’ €50,000 lit-taqsima tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei.
B’din id-donazzjoni nxtrat echo machine, apparat li jagħmel ultrasound tal-qalb.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li b’aktar apparat bħall-echo machine kien hemm tnaqqis fil-listi ta’ stennija minn tliet snin ghal inqas minn tliet xhur f’medja ta’ għaxar ġimgħat.
Żied jgħid li huwa ta’ sodisfazzjoni li NGOs bħal dawn jgħinu lill-Gvern u anki jkunu ta’ support group lill-pazjenti li jbatu bil-mard tal-qalb u saħansittra jgħinu lill-ġenituri ta’ tfal li jbatu mill-mard tal-qalb.