Attivita mhux tas-soltu fil-Belt Valletta, li zgur mhux se tkun tal-aħħar.
Fi Pjazza San Ġorġ tnediet l-ewwel edizzjoi tal-Beach Volleyball in the City. Attivita sinonima fi Bliet Kapitali Internazzjonali.
F’parti minn Pjazza San Ġorġ intrama court tal-volleyball temporanjament, mimli b’ħamsin tunnellata ta’ ramel.
Għal sitt ijiem sħaħ l-attrazzjoni innovattiva fil-Belt Kapitali se tospita kampjonat nazzjonali ta’ beach volleyball.
Jonathan Chetcuti membru tal-Valletta Volleyball Club tkellem dwar is-sinifikat ta’ din l-inizjattiva fil-Belt Kapitali Ewropea tal-kultura. Bit-team tal-Volleyball tal-Belt Valletta huma c-champions renjanti ta’ Malta.
Huwa tournament organizzat mill-assoċjazzjoni uffiċjali. Fil-weekend kellna quarter finals u issa l-aqwa timijiet tal-irġiel u nisa se jilgħabu.
Izda, l-pubbliku jista ukoll jipparteċipa f’din l-attivita, u jagħti daqqa ta’ ballun hu stess.
Dan m’għandux ikun avveniment biss għal plejers uffiċċjali imm ħassejna li għandna niftħuħ ukoll għal pubblikku u jipprovaw jilħqu t-targets.
Ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta Elfejn u tmintax Jason Micallef qal li huwa sodisfatt li attivitajiet bħal dawn qegħdin jintuzaw biex jippromwovu l-attività fiżika u jinkoraġġixxi lin-nies jipparteċipaw fl-isport.
Nemmnu li spazju miftuħ jista jintuża għall-avvenimenti sportivi biex l-pubbliku jieħu gost u din zgur mhiex se tkun ta’ darba.
Intant, waqt din l-attivita, Valletta elfejn u tmintax qiegħda tqassam flixken tax-xorb lill-pubbliku biex tagħmel tajjeb għas-sħana li qed tikkarga fil-gżejjer Maltin.
L-attività ser tiqba għaddejja sal-Ħadd li ġej.