Iktar minn 18-il persuna sfaw mejta fin-Nepal wara li ajruplan ġġarraf u ħa n-nar waqt li kien qed jitlaq mill-belt kapitali tan-Nepal l-erbgħa filgħodu. Il-bdot, li bħalissa qed jingħata l-kura l-isptar, huwa l-unika wieħed li salva f’dan l-inċident fatali.
Madwar 19-il persuna kienu fuq it-titjira, inkluż membri minn tim tekniku u żewġ membri tal-ekwipaġġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-ajruplan kien sejjer lejn Pokhara, destinazzjoni turistika popolari.