Ajruplan Awstraljan tilef id-destinazzjoni tiegħu fil-kontinent Awstraljan b’madwar 50km, wara li l-bdot raqad waqt li kien qed isuqu.
Il-bdot kien l-uniku persuna abbord it-titjira bejn l-Awstralja u t-Tażmanja.
L-awtoritajiet tas-sigurtà Awstraljani qed jiddeskrivu dan l-inċident bħala wieħed ta’ traskuraġni. Mhux magħruf kif il-bdot qam fil-ħin biex iniżżel l-ajruplan b’mod sikur.