Elaine Zammit, tfajla ta’ 30 sena, li għanda diżabilità intelletwali, bdiet iddoqq il-pjanu b’kumbinazzjoni fiċ-Ċentru ta’ Fleur De Lys u hekk kif ħarġu l-ewwel noti, ħalliet lill kullħadd sorpriż bit-talent mużikali tagħha.
Elaine, li minħabba d’diżabilità tagħha, ma tafx taqra u tikteb, rnexxiela titgħallem iddoqq il-pjanu bl-awdit iġifieri ddoqq in-noti kif tismagħhom, mingħajr ma taqra noti tal-mużika.
Hekk kif il-persuni li jieħdu ħsieb iċ-ċentru raw dan it-talent, irregalaw pjanu li jilħaq il-bżonnijiet tagħha u għinuha tkabbar it-talent tagħha permezz ta’ għalliem tal-mużika.
It-talent li għandha Elaine poġġiela quddiemha diversi opportunitajiet tant li rnexxiela ddoqq flimkien mal-band lokali Winter Moods. Hi rnexxiela wkoll ddoqq f’attività għal-President tar-Repubblika.
Fil-ftuħ tal-għaxar dar għal-persuni b’diżabilita f’Ħaż Żabbar, Elaine daqqet il-melodija tad-diska Imagine.
Il-Ftuħ uffiċjali tal-10 dar tal-proġett Soċjeta Ġusta