Malta Public Transport se topera skeda ridotta matul il-ġimgħa tal-Milied li tibda mit-Tnejn 23 ta’ Diċembru. Is-servizz jerġa’ lura għall-iskeda regolari mill-Erbgħa 2 ta’ Jannar 2020.
Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ir-rotot kollha se joperaw skont il-ħinijiet tal-Ħadd. Is-servizz, inkluz it-TDPlus, iżda, se jkun sospiż bejn 12:00 u 15:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn l-10:00 u 11:30 jiddependi mit-tul tal-vjaġġ. Dawn imbagħad jerġgħu jkomplu bejn 15:00 u 16:00, skont l-iskedi tagħhom. Is-servizz jibqa’ għaddej sad-21:00, bl-aħħar karozzi jitilqu bejn 19:30 u 21:00 jiddependi mit-tul tal-vjaġġ. Ir-rotot ta’ Billejl ma joperawx dakinhar.
L-uffiċini tal-biljetti kif ukoll il-Call Centre ta’ Malta Public Transport ikunu magħluqin fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.
It-Tnejn 23, il-Ħamis 26 u t-Tnejn 30 ta’ Diċembru, il-vjaġġi se joperaw skont il-ħinijiet tas-Sibt. Rotot 49 għall-Għadira, 50 għar-Rabat u 90 għal Ħaż-Żabbar se jżommu l-iskeda normali, iżda r-Rotot ta’ Billejl li se joperaw huma N13 u N212.
It-Tlieta 24, il-Ġimgħa 27 u t-Tlieta 31 ta’ Diċembru, il-vjaġġi se joperaw skont il-ħinijiet tas-Sibt. Rotot 49 għall-Għadira, 50 għar-Rabat u 90 għal Ħaż-Żabbar se jżommu l-iskeda normali, u r-Rotot ta’ Billejl kollha se joperaw bħas-soltu.
Is-Sibt 28 u l-Ħadd 29, il-vjaġġi se jsiru skont l-iskedi normali tal-ġurnata, bir-Rotot ta’ Billejl joperaw kollha is-Sibt u r-rotot N13 u N212 joperaw matul il-lejl tal-Ħadd.
Malta Public Transport tixtieq lill-klijenti kollha perjodu festiv mill-isbaħ.