Ammiraturi tan-Nutella madwar id-dinja inħasdu hekk kif semgħu li r-riċetta ta’ din it-taħlita klassika inbidlet.
Nhar it-Tlieta li għadda Nutella qalet fuq il-paġna tal-Facebook Ġermaniża tagħha li kien sar xi ‘rfinar’ lir-riċetta oriġinali.
Il-bidla fir-riċetta ġiet ippubblikata l-ewwel miċ-Ċentru għall-Ħarsien tal-Konsumatur ta’ Hamburg, li qal li l-bidla għamlet it-taħlita taċ-ċikkulata aktar ċara.
Il-proporzjon tat-trab tal-ħalib xkumat żdied minn 7.5% għal 8.7%. B’hekk żdied ukoll l-ammont ta’ zokkor.
Din l-aħbar ma tantx intlaqgħet tajjeb minn xerrejja regolari tan-Nutella, li f’posts fuq midja soċjali saħqu li t-taħlita kienet diġa’ ħelwa biżżejjed u li jippreferiu r-riċetta l-antika.
Ferrero, il-produttur tan-Nutella, mhijiex l-unika kumpanija fis-settur taċ-ċikkulata li affaċċjat kritika fuq bidliet fil-prodott tagħha.
Il-Mondelez International (MDLZ) li tipproduċi it-Toblerone, is-sena li għaddiet ġiet kkritikata fuq l-fatt li wessgħet id-distanza ta’ bejn it-triangoli taċ-ċikkulata tagħha.
Hija kienet sostniet li kellha tagħmel dan minħabba l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-ingredjenti.