Dalgħodu beda l-ewwel preparament sabiex jibda l-proġett ta’ afforestazzjoni f’Birżebbuġa li tati għall-inħawi ta’ Bengħisa. Il-proġett, li kien tħabbar fil-bidu ta’ Mejju li għadda, beda bi tqegħid tal-ħamrija f’art li sa snin ilu fiha kien se jsir żvilupp ta’ esensjoni tal-Port Ħieles. Iżda minflok, l-art proprjetà tal-Malta Air Traffic Services, se tingħata ħajja differenti sabiex din tkun tista’ titgawda mir-residenti Birżebbuġin bħala spazju miftuħ rikreattiv.
L-afforestazzjoni se tkun qed isservi wkoll bħala barikata għall-ħsejjes ġġenrati mill-operat tal-Port Ħieles. Miżura oħra, wara dik li tħabbret il-ġimgħa li għaddiet tal-iskema tal-aperturi double glazing, sabiex ikompli jitnaqqas l-inkonvinjent għar-residenti Birżebbuġin. Il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent se jkunu qed iħawlu numru ta’ siġar ġodda u jinħoloq park ġdid fin-nofsinhar ta’ pajjiżna filwaqt li se jkun qed iservi ta’ pulmun għar-residenti tal-lokal.