Mis-Sibt wara nofsinhar bdew jiltaqgħu seba’ mexxeja li jagħmlu parti mill-G7 għal Summit li qed isir fi Franza mifrux fuq jumejn. Uħud mid-diskussjonijiet se jkunu dwar kif l-ekonomija globali qed tbatti, il-kunflitti fil-Lvant Nofsani u n-nirien fil-foresta tal-Amażonja. Hemm xettiċiżmu dwar jekk tinstabx soluzzjoni għal waħda mit-temi diskussi.
Mal-wasla tiegħu, il-President Amerikan, Donald Trump, iltaqa’ mal-President Franċiz Emmanuel Macron. Trump deher ottimist, tant li huwa konvint li l-mexxejja se jwettqu aktar minn dak mistenni. Iżda, Il-President Franċiż, waqt il-laqgħa tiegħu ma’ Trump ma deherx daqstant konvint.
Qabel is-Summit, Macron semma kif huwa jrid jindirizza n-nirien li ħakmu l-foresta Amażonja, iżda, l-kwistjoni tal-ekonomija globali deheret l-aktar kwistjoni urġenti.