Bdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa, miżura tal-budget 2020 u li ssemmiet fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Din il-miżura se tiswa ħdax-il miljun u nofs ewro u se tolqot 212,000 ħaddiem.
B’din il-miżura l-Gvern qed jirrikonoxxi x-xogħol il-ħaddiema kollha.
Din il-miżura hija intiża li tkompli tifrex il-ġid li ħoloq il-pajjiż fl-aħħar snin. Il-ħaddiema ser jirċievu ċekk ta’ bejn €40 u €68. Min idaħħal iżjed minn €60,000 fis-sena fi dħul mhuwiex eleġibbli għal din l-iskema.
F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta li għadda, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-isfidi preżenti qegħdin jitolbu li l-Gvern jinjetta l-flus biex jistimola l-ekonomija, anka permezz tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika.