Dalgħodu bdew iż-żjarat f’San Vinċenz de Paul fejn wara aktar minn xahrejn, il-qraba ta’ dawk fl-isptar San Vinċenz De Paul reġgħu bdew iżuru lill-għeżież tagħhom.
Fuq diversi kundizzjonijiet bdew iż-żjarat.
F’San Vinċenz De Paul jgħixu mal-elf u mitt resident li huma mqassma fi tletin sala, u kien għalhekk li ġew stabbiliti diversi żoni siguri għall-viżitaturi.
Il-qraba bdew iżuru lill-anzjani wara appuntament sa minn jumejn qabel.
Il-massimu ta’ ħin taż-żjara huwa dak ta’ kwarta, iż-żjarat qed jsiru minn wara Perspex jew ħġieġ u qed ikun hemm trasport provdut għaż-żoni ta’ żjarat.
Intant dalgħodu stajna nosservaw li l-viżitaturi kollha ried ikollhom maskra jew visor u finalment fejn ir-resident daħlu biss sa erba’ persuni.
Iż-żjarat fid-djar tal-anzjani l-oħra se jibdew aktar tard din il-ġimgħa.