Bdew it-tħejjijiet biex għal darb’oħra jitella’ l-avveniment ta’ Miss u Mr World Malta by Zardetto li din is-sena se jsir fl-4 ta’ Ġunju, il-Birgu.
25 tfajla u 15-il ġuvni minn lokalitajiet different inkluż mill-gżira ta’ Għawdex ha jikompetu b’ċans li jirbħu dan it-titlu biex jirrapreżentw lil Malta fil-konkors Miss World u Mr World, separatament. Dan l-avveniment lokali jiġi organizzat minn Modelle International, li huma l-licenzjati minn Miss World Jersey Ltd u li ikollhom id-dritt li jtellgħu t-tfajla u l-ġuvni magħżula.
Il-parteċipanti kollha jgħaddu minn taħriġ ta’ livell għoli fejn jieħdu sehem f’diversi attivitajiet, fosthom ‘Beauty with a Purpose‘ li hija slogan li tista’ tintuża biss minn min hu lliċenzjat minn Miss World Jersey Ltd. It-Tema ta’ din is-sena għal darb’oħra se tkun ideddikata għal The Malta Trust Foundation fejn se jiġu organizzati diversi attivitajiet bejn il-kontestanti. Dik it-tfajla li tkun ħadmet l-aktar tiġi ppreżentata t-titlu ta’ ‘Beauty with a Purpose’ waqt is-serata finali.
Edizjoni speċjali ta’ Gateway To Miss World ha tixxandar fuq ONE ġimgħa biss qabel is-serata finali ippreżentat minn Claudia Calleja bi produzzjoni ta’ Modelle International.
l-aħħar rebbieħa ta’ Miss World Malta u Mr World Malta kienu Nicole Spiteri u Slaven Micallef