Bdew it-taħditiet bejn l-Ukrajna u r-Russja fil-Belarus. Ikkonferma dan il-konsulet tal-president Ukren.
Il-laqgħa, li qed issir fil-ħames jum tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, se tiffoka primarjament fuq il-waqfien mill-ġlied b’mod immedjat kif ukoll l-irtirar tal-forzi Russi.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-President Ukren qalet li fost id-diplomatiċi hemm il-Ministru għad-Difiża Ukren Oleksii Reznikov.
Intant, in-Nazzjonijiet Maqgħquda ħabbret li aktar minn nofs miljun persuna ħarbu mill-Ukrajna minn nhar il-Ħamis ’il hawn.