L-attakki li ħasdu d-dinja, propju llum 11 ta’ Settembru, 15-il sena ilu – L-attakki magħrufa bħala 9/11 li kienu serje ta’ erba’ attakki suwiċida fil-belt ta’ Washington u New York, l-Istati Uniti. Ħafna jqisu dan l-attakk pjanat b’dettall bħala wieħed mill-akbar attakki li qatt saru fl-aħħar snin. Kien il-grupp militanti al-Qaeda li wettaq l-attakki 9/11, wara li rnexxielu jaħtaf erba’ ajruplani tal-passiġieri li telqu minn Boston, Newark u Washington u kienu fi triqthom lejn San Francisco u Los Angeles.
Kien propju l-mument meta l-militanti kraxxjaw l-ajruplani fit-Twin Towers tal-World Trade Center li madwar 3000 persuna tilfet ħajjitha, numru li seta’ kien akbar, li kieku l-passiġġieri abbord ir-raba’ ajruplan ma pruvawx jieħdu kontroll tal-ajruplan, li aktarx kellu fil-mira tiegħu l-White House.
15-il sena wara, jibqa biss il-memorja ta’ dik li ħafna xtaqu li kienet biss ħolma kerha. Hekk kif illum nfakkru l-ħajja ta’ dawk il-vittmi li ħarġu mid-dar iżda ma rritornawx lura, wieħed jistaqsi u jaħseb dwar l-attakki terroristiċi li qed jaħsdu l-ħajja ta’ nies inoċċenti ta’ kuljum.
Fuq Twitter, huma bosta dawk li kitbu dwar dawn l-attakki, u li użaw il-hashtag ‘NeverForget’.
9/11 changed everything. We will #NeverForget -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 11, 2016
Jekk segwejtx dak li kien qed jiġri fuq l-aħbarijiet, jekk kontx hemm preżenti qalb il-paniku tal-mument jew jekk kont għadek lanqas biss twelidt, żgur li taf dwar dan l-attakk u li dawn ir-ritratti se jeħduk lura u jgħinuk tifhem dak li għaddew minnu l-familjari u n-nies li kienu fuq il-post.
![A photograph and message for fallen New York City Firefighter Scott A Larson along with flowers are seen left on his inscribed name at the edge of the north pool during memorial observances held at the site of the World Trade Center in New York, September 11, 2014. REUTERS/Chang Lee/Pool](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/attakki-5.jpg)
It-tfal ta’ dan il-ħaddiem ta’ salvataġġ iħallu lil missierhom li tilef ħajtu matul l-attakki,messaġġ ta’ mħabba.
![A woman who did not wish to be identified pauses at the edge of the North Pool during memorial observances on the 13th anniversary of the 911 attacks at the site of the World Trade Center in New York, September 11, 2014. REUTERS/Justin Lane/POOL](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/attakki-6.jpg)
Mara tibki lil persuna qrib tagħha u li tilfet ħajjitha f’dawn l-attakki.
![President Barack Obama pauses during a moment of silence at the Pentagon in remembrance of those who lost their lives in the 9/11 attacks, in Washington September 11, 2014. REUTERS/Gary Cameron](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/attakki-7.jpg)
Barack Obama jsellem lill-vittmi li tilfu ħajjithom matul l-attakki
![Sam Pulia, mayor of Westerchester, IL, and a former police officer of the same town, salutes the name of his cousin, New York firefighter Thomas Anthony Casoria, who was killed in the South Tower, prior to the the memorial observances held at the site of the World Trade Center in New York, September 11, 2014. REUTERS/Andrew Burton/Pool](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/attakki-8.jpg)
Sam Pulia, s-sindku ta’ Westerchester u eks-pulizija jsellem lil kuġinuh li tilef ħajtu f’9/11