Ir-Reġina spiċċat fiċ-ċentru ta’ battibekk bejn is-subien tagħha fuq ir-rwol li l-prinċipessi Beatrice u Eugenie għandu jkollhom fil-Familja Rjali Ingliża.
Il-Prinċep Andrew, li għandu 56, qal li jrid lill-bniet tiegħu jwettqu d-dmirijiet rjali full-time, u jkollhom rwoli simili għal dawk tal-prinċep William u Harry. Qal ukoll l-prinċipessi, li huma fis-seba’ u tmien post fil-linja li l-tron, għandhom jingħataw kwartieri ikbar fejn jgħixu, f’Kensington Palace.
Id-Duka ta’ York allegatament poġġa t-tħassib tiegħu f’ittra lil ommu, li għaddiet il-kwistjoni lill-Prinċep Charles. Dan, li għandu 67 sena, allegatament imblokka dan il-pass, għaliex jibża li n-numru ta’ persunu rjali iffinanzjat mit-taxxi jhedded popolarità tiegħu meta jsir re.
Il-prinċipessa Beatrice, li għandha 28 sena, bħalissa qed tiffoka fuq ‘ambizzjonijiet intraprenditorjali’ tagħha u mhux f’impjieg full-time, wara sensiela ta’ impjiegi matul l-aħħar ħames snin. Il-Prinċipessa Eugenie, li għandha 26, qed taħdem bħala direttriċi f’gallerija tal-arti moderna.
The Express jirrapporta li l-Prinċep Andrew huwa mħasseb li l-bniet tiegħu mhux jingħataw importanza daqs William, Kate u Harry. Sors qal mal-gazzetta li “ilu jargumenta li bħala l-uniċi prinċipess mid-demm fil-familja, Beatrice u Eugenie jixirqilhom rwoli rjali bħall-kuġini tagħhom, flimkien mal-istess standard ta’ akkomodazzjoni fil-palazz Kensington”
Sors qal lill-gazzetta “il-Prinċep ta’ Wales hija diġà konxju li l-opinjoni tiegħu hija aktar ifformata minn ta’ ommu fuq is-suġġett. L-aħħar ħaġa li jrid hija kritika addizzjonali billi jżomm lil membri rjali periferali fuq il-paga imħallsa mill-pubbliku”.