L-eks President tal-Ukrajna, Petro Poroshenko, akkuża lis-suċċessur tiegħu Volodymyr Zelensky illi ressqu l-Qorti abbażi ta’ vendetta personali.
Poroshenko qed jaffaċċja aktar minn 20 investigazzjoni differenti, li skontu huma akkużi b’motivazzjoni politika.
Waqt intervista, l-eks President Ukren qal illi t-telfa tiegħu fl-elezzjoni tas-sena l-oħra tfisser illi l-Ukrajna qed tiġi mmexxija minn persuni li huma favur ir-Russja.
Intant, meta mistoqsi dwar l-immaġini li kien uża fil-posters waqt il-kampanja elettorali tiegħu – li kienu jissuġġerixxu li vot għal Zelensky iffisser vot għall-President Russu Vladimir Putin – Poroshenko wieġeb illi huwa pprovat illi l-messaġġ li għadda sena ilu, huwa minnu.