Ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti komplew għaddejjin il-battibekki bejn il-kampanja tal-President Repubblikan Donald Trump u dik tal-kanditat rivali tiegħu Joe Biden.
Illum dawn mistennija wkoll li jidibattitu bejniethom. Trump akkuża lill-organizzaturi tad-dibattitu li ġew influwenzati minn Biden sabiex iħallu barra suġġetti relatati ma’ affarijiet barranini.
B’reazzjoni, Biden qal li Trump qed jipprova jevita mistoqsijiet fuq kif hu qed jikkontrolla s-sitwazzjoni tal-pandemija.
Jidher li Biden jinsab fuq nett ta’ stħarriġ uffiċjali nazzjonali, iżda Trump qed jgħaddih fl-istati l-aktar importanti u li mistennija jiddeterminaw xi jkun il-vot finali fit-tlieta ta’ Novembru li ġej.