Uffiċjali tal-Gvern Ċiniż u dak Amerikan jidher li kellhom kritika ħarxa għal xulxin waqt l-ewwel diskussjonijiet li kellha l-Amministrazzjoni ta’ Joe Biden maċ-Ċina, li qed isiru fl-Alaska.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li rappreżentanti tal-Gvern Ċiniż akkużaw lill-Istati Uniti li qed iħeġġu pajjiżi oħra jattakkaw liċ-Ċina, u l-Istati Uniti akkużaw liċ-Ċina li tagħmel minn kollox biex tattira l-attenzjoni tal-midja.
Fost temi oħra, hawnhekk kellu jiġi diskuss ukoll it-trattament tal-Musulmani f’Xinjiang.
Jidher ukoll li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi qed taffaċja aktar tensjoni minn qatt qabel.