125 immigrant li kienu abbord il-bastiment Alan Kurdi spiċċaw is-sors ta’ battibekk bejn il-Gvern Franċiż u dak Taljan.
Aktar qabel il-Gvern Malti irrifjuta d-dħul tal-bastiment f’Malta u wara li l-Italja ħadet xi immigranti abbord, irrifjutat ukoll l-iżbark tal-immigranti kollha abbord.
Kien għalhekk li l-Alan Kurdi qabad triqtu lejn Marsilja, bis-Sindku tal-belt aċċetta li dawn l-immigranti jidħlu fil-port iżda l-Gvern Franċiż saħaq li dawn l-immigranti għandhom jidħlu fl-Italja.
Dan huwa t-tielet każ fi ftit jiem li Malta żammet soda mal-pożizzjoni tagħha.
Aktar qabel it-tanker Daniż Etienne Maersk ma tħalliex idaħħal l-immigranti f’pajjiżna wara li l-immigranti nġabru minn żona ta’ tiftix u salvataġġ tat-Tuneżija.
Mal-270 immigrant oħra li kienu fuq bastiment tal-Open Arms ukoll ma tħallewx jidħlu f’Malta u dawn daħlu fi Sqallija.