Il-Partit Demokratiku tal-President Elett Joe Biden jidher li huma fuq quddiem sabiex jieħdu taħt idejhom il-kontroll tas-Senat hekk kif bdew dieħlin ir-riżultati miż-żewġ elezzjonijiet f’Georgia.
Raphael Warnock huwa pproġettat li jirbaħ wieħed mis-siġġijiet.
Jekk id-Demokratiċi jakkwistaw iż-żewġ siġġijiet jiksbu kontroll sħiħ tal-Kungress Amerikan.
Kemm il-darba Warnock jirbaħ is-siġġu l-ieħor fis-Senat, huwa ikun l-ewwel senatur ta’ karnaġjon skur għall-istat ta’ Georgia.
Din l-elezzjoni reġgħet saret wara li ħadd mill-kandidati ma kiseb il-50% tal-voti mixħuta fl-elezzjoni ta’ Novembru.