Filwaqt li tinsab fl-aqwa tagħha l-Middle Sea Race, fuq quddiem, żewġ jottijiet ta’ 100 pied qed jissieltu għal-Line Honours. B’200 mil nawtiku sal-linja finali, jista’ jkun li jkun hemm sorpriza fl-aħħar parti ta’ din il-battalja. Fost id-dgħajjes iżgħar, it-tellieqa qeda tiffavorixxi tattiċi iktar milli daqs tad-dgħajsa. Ir- Riħ ħafif ddomina l-aħħar siegħat.
Il-jott ta’ Huang-Seng Lee Scallywag 100 minn Hong Kong kien fuq quddiem fil-passaġġ l-aktar lejn il-punent, bi Black Jack biss 15-il minuta wara. Il-parteċipazzjoni Amerikana tal-jott ta’88 pied ta’ Bryon Ehrhart, Lucky, għaddiet 90 minuta wara biss ftit qabel il-Maxi72 Balthasar. Minn dakinhar ‘il quddiem il-progress kompla jsir bi Black Jack u Scallywag fuq quddiem.
L-aktar prestazzjoni impressjonanti s’issa hija dik ta’ Calypso f’IRC 5. Mhux biss il-jott Farr 30 immexxi minn Seb Ripard u Dan Calascione qiegħed xi 85nm quddiem il-jottijiet fil-klassi tagħha (li għadha biss qed tilħaq Stromboli), iżda l-izgħar jott fil-flotta hija f’nofs triq bejn Alicudi u Ustica. Viċin tagħha jinsabu – fil-klassi IRC 4 – jott ieħor Malti – Elusive 2 tal-aħwa Podesta u Yagiza. Huma jinsabu vicin ukoll tal-jottijiet tal-klassi IRC 3, BeWild ta’ Renzo Grottesi, Otra Vez ta’ Aaron Gatt Floridia u Goose ta’ Alex Laing.
Sa issa 33 dgħajjes irtiraw, bl-ekwipaġġi kollha siguri, u b’80 dgħajsa għadhom qed jikkompetu, inkluż l-uniku multihull, Picomole ta’ Aldo Fumagalli.