L-erbgħa u sittin edizzjoni tal-Grammy Awards saret f’Las Vegas fejn ippremjat l-aqwa mużiċisti u artisti mużikali għal xogħolhom bejn il-bidu ta’ Settembru tal-2020 u l-aħħar ta’ Settembru tal-2021.
F’serata kkulurita l-grupp Rock Foo Fighters rebħu tliet premijiet, fosthom għall-aqwa album ta’ mużika rock.
Dawn il-premijiet waslu ftit jiem wara l-mewt tad-drummer Taylor Hawkins.
L-artista Billie Eilish sellmet il-memorja ta’ Hawkins fis-serata tal-Grammy Awards permezz ta’ flokk li libset.
Joni Mitchel rebħet għall-aqwa recording mużikali ta’ kull żmien.
Jon Batiste kien nominat għal 11-il Grammy Award u rebaħ erbgħa minnhom fosthom l-album tas-sena u l-aqwa vidjo mużikali.
Olivia Rodrigo rebħet għall-aqwa artista ġdida filwaqt li d-duo Silk Sonic rebħu aktar premijiet fil-ġeneru mużikali tal-R&b.
Doja Cat u SZA rebħu għall-aqwa interpretazzjoni fil-mużika Pop.