Il-Kanal ta’ Swejz fl-Eġittu spiċċa mblukkat minn bastiment li jġorr il-kontenjers li kellu jinkalja wara li tilef il-kontroll tant li kkawża t-traffiku kbir fil-baħar.
Diversi vapuri dehru jimmanuvraw sabiex jippruvaw iċaqilqu l-bastiment li huwa kbir madwar 1,312-il pied u hemm biża’ li dan il-bastiment kapaċi jibqa’ maqbud fil-post għal diversi ġranet.
Il-bastiment kien fi triqu lejn il-port fil-belt ta’ Rotterdam fl-Olanda u kien telaq miċ-Ċina.
Huwa kien għaddej mill-Kanal ta’ Swejz sabiex isalpa lejn il-Mediterran meta ġara dan l-inċident.