ONE News hu informat li l-Gvern Malti rrifjuta l-permess lil bastiment tal-merkanzija, bl-isem ta’ MV Kathrin, b’tagħbija ta’ splussivi, jgħaddi minn pajjiżna fi triq tiegħu lejn Iżrael.
Jirriżulta li s-sidien tal-bastiment talbu biex jagħmlu waqfa f’pajjiżna biex jibdlu l-ekwipaġġ, iżda rapporti qalu li l-Gvern hu deċiż li ma jħallix l-istess bastiment jidħol fostna.
Aktar kmieni, il-Moviment Graffitti qal li, skont is-Special Rapporteur tal-Ġnus Magħquda dwar it-Territorji Okkupati Palestinjani, Francesca Albanese, il-bastiment qed iġorr tmin kontenituri ta’ splussiv RDX Hexogen, komponent ewlenin għall-manifattura ta’ bombi u missili użati fil-ġenoċidju fil-Medda ta’ Gaza.