Il-bastiment tat-trasport MT Zografia, li hu proprjetà ta’ kumpanija Griega, iżda rreġistrat taħt il-bandiera Maltija, kien fi triqtu mill-Vjetnam lejn Iżrael meta ntlaqat minn missili sparati lejh fil-Baħar l-Aħmar qrib il-Jemen. Il-bastiment, kellu abbord 24 membru tal-ekwipaġġ, iżda ħadd ma weġġa’ fl-attakk.
Sorsi mill-Ministeru tat-Tbaħħir Grieg, il-missila kienet immirata speċifikament lejn il-bastiment meta l-Operazzjonijiet tal-Kummerċ Merkantili tar-Renju Unit (UKMTO) irċevew rapport, li l-inċident seħħ 100 mil nawtiku fil-Majjistral tal-Port Saleef fil-Jemen.
Il-kumpanija tal-assigurazzjoni marittima Ingliża, Ambrey, ikkonfermat l-attakk fost tensjonijiet reġjonali akbar ikkawżati mir-ribelli tal-Houthi, appoġġjati mill-Iran.
L-attakki, allegatament b’appoġġ għall-Hamas fil-konflitt bejn Iżrael u Gaża, intensifikaw wara attakki mill-ajru riċenti mmexxija mill-forzi tal-Istati Uniti u mir-Renju Unit.
Il-Baħar l-Aħmar hu vitali għal 12% tal-kummerċ globali u kemm il-President Amerikan Joe Biden u l-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak m’eskludewx il-possibbiltà ta’ aktar attakki.