Bastiment tal-merkanzija, li hu rreġistrat Malta, spiċċa mingħajr elettriku qrib il-pont Verrazzano fi New York – ġimgħatejn wara bastiment ieħor ħabat fil-pont ta’ Baltimore.
Il-bastiment li jiżen aktar minn 89,000 tunnellata, spiċċa mingħajr elettriku tard filgħaxija waqt li kien qed jivvjaġġa fil-port ta’ New York f’ċirkostanzi simili ta’ dak li ħabat tnax-il jum ilu.
Fortunatament ħadd ma ndarab u ftit ħin wara hu ttieħed f’żona sigura.