Ritratt: Christian Cauchi
Tanker reġistrat fl-Istati Uniti jidher li jinsab f’diffikultajiet barra l-kosta tal-Lvant Maltija.
Jirriżulta li tug boat qed toqrob jew tinsab qrib il-bastiment li jidher li qed jaffaċċja diffikultajiet minħabba l-baħar qawwi.
It-tanker kien qed ibaħħar ’il barra minn Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post u biswit il-bastiment hemm it-tug boat RR Spinola li qed tassisti li dan il-bastiment.
Intant, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg stqarr li l-bastiment li jġib l-isem ta’ ‘Chem P’ u li huwa twil 209 metru, qiegħed jiġi assistit minn Transport Malta hekk kif il-bastiment jinsab f’riskju li jinkalja.
Minkejja danm ir-riskju, il-Ministru sostna li r-riskju ta’ tniġġis huwa baxx ħafna.
Huwa mifhum li l-bastiment kellu diffikultà jżomm il-pożizzjoni oriġinali tiegħu minħabba l-maltemp.
Il-mewġ bħalissa jlaħħaq il-5 metri u r-riħ qiegħed jonfoħ b’qawwa li tlaħħaq Forza 7 għal 8.