Starlites JSD rebħu l-kompetizzjoni KO tal-Basketball tal-irġiel meta fil-finali l-Ħadd wara nofs-in nhar huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 75-74. KOmptizzjoni sponsorjata mill-Bank of Valletta.
Kif jixhed ir-riżultat kienet finali missielta u kumbattuta sal-aħħar punt.
Kienu Hibernians li fetħu tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 18 – 13.
Starlites irreaġixxew bir-rebħ tat-tieni sessjoni 18-10.
Hibernians rebħu t-tielet sessjoni 26-22, filwaqt li Starlites rebħu l-aħħar sessjoni 22-20.
Finali li ġiet deċiża bi trippla tal-Amerikan ta’ Starlites Ben Curran fl-aħħar sekonda.
Għal Starlites din kienet it-tielet finali KO infila li rebħu.


(Photo Credit: Stephen Christopher Vella)