Starlites FIJO rebħu l-MBA Shield meta fil-finali, li ntlagħbet il-Ħadd wara nofs -in nhar fil-Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali, huma għelbu l-isfida ta’ Mellieħa Libertas 75-70. Dan kien it-tieni unur tal-istaġun wara r-rebħa tas-Super Cup.
Kif jixhed ir-riżultat kienet finali kumbattuta. Finali li tintrebaħ meta team jikseb 75 punt.
L-ewwel sessjoni rat lil Mellieħa jiftħu tajjeb u jirbħu bi skor ta’ 21 għal 17. Reazzjoni ta’ Starlites fit-tieni sessjoni b’rebħa ta’ 23 għal 11.
Il-botta u risposta kompliet fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara. Mellieħa rebħu t-tielet sessjoni 27 għal 22 għal skor totali ta’ Starlites 62 – Mellieħa 59 sal-bidu tal-aħħar sessjoni.
Ir-raba’ sessjoni kienet waħda missielta b’Jacob Bates jaġħmel trippla deċiżiva li tat ir-rebħa lil Starlites.
Fi tmiem il-finali il-president tal-MBA Paul Sultana ippreżenta t-tazza lil captain ta’ Starlites Alec Felice Pace.
Referees: Daniella Torok, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic
Photo Credit: Stephen Christopher Vella