Starlites FIJO huma ċ-champions tal-Kampjonat tal-Basketball tan-Nisa hekk kif fi tmiem il-ġimgħa kisbu t-tielet rebħa kontra Caffè Moak Luxol bl-iskor ta’ 57 għal 49 biex għalqu l-play offs 3-1.
Għal Starlites dan kien it-tieni kampjonat mirbuħ minnhom bl-ewwel wieħed kien fl-2019.
Kienet logħba sabiħa, b’Luxol jirbħu l-ewwel sessjoni 13-10. Reazzjoni ta’ Starlites fit-tieni sessjoni b’rebħa ta’ 16-12. Starlites rebħu wkoll l-aħħar żewġ sessjonijiet bi skors ta’ 16-12 u 19-11 rispettivament.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-trofew mis-Sur Michael Galea, Development Officer ta’ Mapfre MSV Life flimkien mal-president tal-Assoċjazzjoni Basketball Paul Sultana.
Il-plejer ta’ Starlites Steffi De Martino rebħet l-unur ta’ Most Valuable Player MVP.
Photo Credit: Stephen Christopher Vella