Mellieħa Libertas Spalding rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Louis Borġ Cup tal-irġiel meta fit-tieni leg tal-finali li saret il-Ħadd wara nofs-in nhar f’Ta’ Qali għelbu lil BUPA Luxol bl-iskor ta’ 83 għal 82.
Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba kumbattuta, madanakollu Mellieħa rebħu t-tazza grazzi għall-fatt li fl-ewwel leg il-Ġimgħa kienu rebħu bi skor ta’ 89 għal 67 biex b’hekk tellgħu aggregate ta’ 172 għal 149.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI