Luxol huma ċ-champions tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Basketball tan-Nisa sponsorjat minn Mapfre MSV Life, hekk kif il-Ħadd wara nofs-in nhar rebħu l-ħames finali u dik deċiżiva kontra Depiro bl-iskor ta’ 65-51. B’hekk Luxol rebħu s-serje ta’ finali 3-2. Ta’ nota r-rimonta li għamlu Luxol f’dawn il-finali hekk kif kienu tilfu l-ewwel żewġ logħbiet.
Biss huma ma qatgħux qalbhom u mhux biss wettqu rimonta idża rebħu wkoll il-finali deċiżiva.
Sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-plejer tagħhom ta’ 17-il sena Anna Fenech Pace rebħet l-unur tal-aqwa plejer tal-finali.
Dan l-istaġun Luxol kienu rebħu wkoll il-John Tabone Shield.


