It-team nazzjonali malti tal-Basketball tal-irġiel beda l-impenji tiegħu fil-FIBA European Championship for Small Countries f’Andorra b’telfa kontra Ġibilta’ bl-iskor ta’ 89 għal 81.
Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba kumbattuta bil-maltin jibdew ħażin l-ewwel sessjoni pero jirkupraw tajjeb mit-tieni sessjoni ‘l quddiem.
L-avversarji rebħu l-ewwel sessjoni 26-11. Il-maltin wettqu reazzjoni fit-tieni sessjoni hekk kif rebħu 16-32. Bilanċjata t-tielet sessjoni li ntrebħet minn Ġibilta’ 19-17. L-istess ritmu baqa’ għaddej fl-aħħar sessjoni, sessjoni li ntrebħet ukoll mill-avversarji tagħna 28-21.
Malta qed tilgħab fi Grupp A fejn apparti Ġibilta’ hemm ukoll San Marino u Andorra. Il-kampjonat jibqa’ għaddej sal-Ħadd 30 ta’ Ġunju.
Din se tkun l-ewwel kompetizzjoni għall-kowċ il-ġdid nazzjonali Duncan Fenech.
It-tieni logħba tkun għada l-erbgħa kontra San Marino fil-17:00 filwaqt li l-aħħar logħba mill-grupp tkun kontra Andorra l-Ħamis fis-19:30.
Wara l-fażi tal-gruppi isiru s-semifinali fis-sibt u l-finali l-Ħadd.
L-iskwadra maltija hija komposta minn dawn il-plejers:
Matthew Scerri, Ian Felice Pace, Alec Felice Pace, Kurt Xuereb (all Starlites): Miguel Brincat (Depiro BC); Nathan Xuereb (Luxol); David Bugeja (Mellieha BC) ; Neil Cassar (Valletta Fighters); Kurt Cassar (NPC Rieti, Italy); Sam Deguara (Taiwan Mustangs, Taiwan); Michael Sjoberg (Monthey-Chablais, Switzerland); Joshua Tomasi (Casey Cavaliers Cranbourne, Australia).
Fl-azzjoni wkoll it-team nazzjonali tal-Basketball tan-Nisa fil-FIBA Women’s European Championship for Small Countries li se jsiru l-Kosovo.
Malta se tilgħab fi Grupp A kontra l-Kosovo, Georgia u Ċipru. It-team huwa mmexxi mill-kowċ il-ġdidi Charles Bonnici.
Malta tibda l-impenji llejla fit-20:30 kontra l-Kosovo. Imbgħad tilgħab fl-ordni kontra l-Georgia l-erbgħa fit-15:30 u kontra Ċipru l-Ħamis fis-18:00.
L-iskwadra tat-team malti hija komposta minn dawn il-plejers:
Sophie Abela, Claire Ciantar, Kristy Galea (all Depiro); Mikela Riolo, Maria Bonett, Stephanie De Martino, Michela Zammit Cordina (Starlites); Ylenia Bonett (DBB LZ, Austria); Marie Buhagiar (Hibernians); Josephine Diaby (Luxol); Danika Galea (Elite Roma, Italy); Amber Constance Melgoza (AE Sedis Basquet, Spain).