It-team nazzjonali malti tal-Basketball tan-Nisa rebaħ l-ewwel logħba tiegħu mill-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Kosovo meta għeleb lill-istess Kosovo bl-iskor ta’ 72-65.
It-team immexxi mill-kowċ Charles Bonnici rebaħ l-ewwel żewġ sessjonijiet 19-18 u 19-12.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-maltin tilfu it-tielet sessjoni 12-20. It-team malti żied fir-ritmu fl-aħħar sessjoni biex għalaq il-logħba favur tiegħu.
Amber Melgoza kienet l-aħjar skorer għal Malta b’21 punt.
Il-logħba li jmiss għal Malta tkun illum fit-15:30 kontra l-Georgia.