It-team nazzjonali malti tan-nisa tal-Basketball għaddej bl-aħħar tħejjijiet għal-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsir f’Nicosia Ċipru bejn it-28 ta’ Ġunju u t-3 ta’ Lulju. It-turnament se jkun fuq sistema ta’ Round Robin u fih se jieħdu sehem Ċipru, Andorra, Kosovo, Norveġja u Malta.
Il-coach nazzjonali Angela Adamoli kkonfermat l-iskwadra ta’ tnax –il plejer għal dan il-logħob. Tispikka l-iżgħar plejer fl-iskwadra, Danika Galea li għad għandha 16-il sena. Magħha żewġ debuttanti oħra, Nicole Agius u Ylenia Bonett. Huma jingħaqdu ma’ plejers oħra ta’ esperjenza.
Li-iskwadra kollha hija:
Stephanie De Martino & Mikela Riolo (Starlites FIJO)
Ashleigh Van Vliet &, Ylenia Bonett (Hibernians)
Claire Ciantar, Julia Xerri, Danika Galea & Nicole Agius (ARMS Depiro) Josephine Diaby (CAFFE MOAK Luxol)
Sophie Abela (University of Colorado, Colorado Springs, USA)
Kristy Galea (Milligan University Buffaloes, USA)
Nicola Handreck (Sunshine Coast, Australia).
Malta għandha rekord pożittiv f’dan il-logħob. Irbaħna d-deheb tliet darbiet, fl-2008, fl-2010 u fl-2016. Irbahna wkoll erba’ darbiet il-bronż (2004, 2012, 2014 & 2018).
Programm ta’ logħob tat-team malti:
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju
17.30: Malta vs Kosovo
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju
13.00: Malta vs Andorra
Is-Sibt 2 ta’ Lulju
17.30: Malta Ċipru
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju
15.00: Malta vs Norveġja