It-team nazzjoanli malti tal-Basdketball tan-Nisa kiseb it-tieni rebħa minn daqstant logħbiet fit-tieni logħba tiegħu minn Grupp A tal-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fil-Kosovo. It-team malti għeleb lilGeorgia bl-iskor ta’ 88-68.
Georgia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 23-14. Iżda l-maltin irreaġixxew mit-tieni sessjoni ‘l quddiem. Rebħu t-tieni sessjoni 30-15, it-tielet sessjoni 25-21 u rebħu wkoll l-aħħar sessjoni 19-9.
L-aqwa skorer għal Malta kienet Steffi De Martino bi 30 punt.
Fl-ewwel logħba l-bieraħ Malta għelbet lil Kosovo 72-65. B’dawn iż-żewġ rebħet Malta għandha post fis-semifinali ta’ nhar is-sibt li ġej.
Malta tilgħab l-aħħar logħba tagħha minn Grupp A għada l-Ħamis fis-18:00 kontra Ċipru.