It-team nazzjonali malti tal-Basketball tan-Nisa kellu jikkuntenta bil-midalja tal-fidda wara li fil-finali tal-Kampjonat għall-Pajjiżi ż-Żgħar tilef kontra n-Norveġja bl-iskor ta’ 61-54.
Il-Kampjonat kien qed isir il-Kosovo.
Il-maltin bdew tajjeb ħafna l-ewwel żewġ sessjonijiet hekk kif rebħu l-ewwel waħda 19-7 u t-tieni sessjoni 10-7. Skor ta’ 29-14 sa’ nofs il-logħba.
In-norveġiżi kienu team mibdul fit-tielet sessjoni hekk kif ħarġu aktar fuq l-offensiva. L-avversarji rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta’ 22-10 biex marru minn fuq.
L-aħħar sessjoni kienet waħda bilanċjata li ntemmet fi draw ta’ 15-15 biex in-norveġiżi żammew il-vantaġġ li kellhom.
L-aħjar skorer għal Malta kienet Amber Constance Melgoz bi 17-il punt.