L-Assoċjazzjoni Maltija Basketball issospendiet lit-timijiet ta’ Depiro u Hibernians mill-play offs tal-kampjonat nazzjonali tal-irġiel. Dan l-iżvilupp seħħ fi tmiem investigazzjoni dwar allegat ‘match fixing’ fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet bejn l-istess Depiro u Hibernians, liema logħba issa ġiet dikjarata nulla.
Fiha ż-żewg timijiet allegatament ma wrew l-ebda motivazzjoni sabiex jirbħu tant li naqqsu li jiskorjaw fl-aħħar sitt minuti tagħha. Dan sabiex jevitaw l-ewwel post fil-klassifika.
L-istess kunsill ikkundanna l-imġieba tal-plejers u l-coaches taż-żewġ timijiet hekk kif naqqsu mill-integrita’ tal-logħba tal-Basketball.
Iż-żewġ timijiet ġew anke ippenalizzati 3 punti mill-bidu tal-istaġun li ġej.
Il-coachies taż-żewg timijiet ġew sospiżi għall-bqija ta’ dan l-istaġun u l-istaġun kollu 2022/23, filwaqt li l-players kollha fil-court fl-aħħar minuti tal-logħba ġew sospizi tliet logħbiet.