Il-President Sirjan Bashar Al Assad qed jittama li jkollu alleat minn Donald Trump biex ikun miġġieled it-terroriżmu. Dan filwaqt li kien kawt fil-mod kif tkellem dwaru.
Bashar Al Assad qal li Trump ikun alleat naturali jekk iwettaq dak li wiegħed b’saħħa tul il-kampanja tiegħu, dik li jiġġieled it-terroriżmu. Madanakollu Assad esprima dubji dwar jekk Trump hux se jżomm mal-wegħdiet li għamel.
Donald Trump kien kwotat jgħid li hija ġennata li jkun oppożizzjoni lejn forzi Sirjani u militanti tal-Istat Iżlamiku u li tkun miġġielda mas-Sirja taf tfisser ġlieda mar-Russi.
Il-kunflitt fis-Sirja ma qatax. Nhar it-Tlieta ajruplani tal-Gvern ibbumbardjaw il-postijiet fejn hemm ribelli stazzjoni, fil-belt Aleppo – l-ewwel darba fi tlett ġimgħat.
Il-gwerra ċivili bdiet f’Marzu tal-2011 u sa issa ħalliet 300,000 persuna mejta.