Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li mhux se jkun wieħed minn dawk id-deputati Nazzjonalisti li jivvotaw biex jisfiduċjaw lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Id-deputat Nazzjonalista kellu jmur fuq Facebook wara li ħassu urtat li poġġewh mal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil li bħalissa tinsab għaddejja b’laqgħat fis-satra tal-lejl biex iqallftu ‘l barra lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
“Lil persuni li huma l-moħħ wara dan il-poster, nixtieq ngħidilhom li poster bħal dan ikompli jkabbar il-firda u mhux veritier”, qal Bartolo.
Żied li mhux minnu l-anqas li għax ma tgħid xejn jitfgħuk fuq naħa jew oħra kif qal li ġralu d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo li f’dan il-poster poġġew mal-fazzjoni ta’ Delia.
Qal li waqt li d-deċiżjoni tal-Kap Nazzjonalista li jsejjaħ għas-sospensjoni ta’ Busuttil kienetmgħaġġla, fl-istess waqt qal li hu leali lejn Delia. Kien hawn li sostna limhux se jkun wieħed minn dawk id-deputati li se jivvota biex jisfiduċja lil Delia u appella għall-għaqda f’dak li sejjaħ bħala mument diffiċli, b’mod speċjali għall-Kap Adrian Delia.