Wara li ħabbar li temm il-karriera politika tiegħu, l-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo irriżenja wkoll minn konsulent tal-buisness development tal-Partit Nazzjonalista.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ The Malta Independnet qalu li Ivan Bartolo pprova diversi tentattivi sabiex jitkellem mal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista u jispjegalhom l-istrateġija u jibda jaħdem fuqha. (LINK INDI )
B’Bartolo jidher li ħa din id-deċizzjoni li jitlaq mill-politika wara n-nuqqas ta’ interess mill-uffiċjali tal-Partit li jimplimentaw l-istrateġija tiegħu.
It-tluq ta’ Bartolo mill-politika wasal sitt xhur biss wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li Batolo kien se jkun resposabbli minn Business Development fil-Partit Nazzjonalista.
ADRIAN DELIA – KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA:
”Rwol ta’ konsulent fil-business development flimkien ma’ pierre tkellimna tul dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat għax konna ilna għaddejjin b’din il-pjanifikazzjnoni u kuntent ngħid li aċċetta wkoll ivan bartolo li huwa kandidat tal-partit midħla tal-partit li wkoll ikkonfermalna u aċċetta li jkun hu li jieħu ħsieb li jillidja hu din il-funzjoni ta’ business development fil-partit nazzjonalsita.”
Iżda jidher li Delia u sħabu tal-amministrazzjoni ma riedux jisimgħu l-istrateġija ta’ Ivan Bartolo li waqgħetlu zokortu fil-qasam tan-negozju.
Ivan Bartolo kien ikkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali. U kien tħajjar li jikkontesta wkoll għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iżda minflok għen lil Alex Perici Calascione li kkontesta għall-kariga.
Filfatt, Perici Calascione kiteb kif it-tluq ta’ Bartolo mill-politika hija telfa kbira, filwaqt li rringrazzjah għall-ħidma tiegħu.
Perici Calascione kiteb ukoll kif l-unika interess li kellu kien jgħin u ma kellu l-ebda interess personali ieħor.
Fost il-messaġġi ta’ awguri li rċieva Ivan Bartolo kien hemm tal-viċi kap nazzjonalista Robert Arrigo.
B’waħda mill-partitarji nazzjonalisti, tikteb – x’ħasra.
L-aħbar ta’ Ivan Bartolo kompliet toħloq aktar diżgwid u reazzjoni ta’ rabja fil-Partit Nazzjonalista. Hekk kif persuni meqjusa validi għall-partit mhux jitħallew jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia.