Ħaddiem fi stabbiliment f’Paceville li kien miżmum mill-pulizija wara li kkaġuna ħruq f’ġisem tliet żgħażagħ barranin ngħata l-libertà proviżorja mill-pulizija wara li hu tressaq il-Qorti nqalgħet problema deskritta bħala teknika.
Il-ħaddiem ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Maċedonja tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iżda wara li nqalgħet xi problema b’rabta mal-arrest tiegħu, il-Maġistrat saħqet li l-akkużat irid jitressaq quddiem il-Maġistrat tad-Distrett.
L-akkużat qed jiġi mixli li kkawża ġrieħi fuq iż-żgħażagħ b’mod involontarju.
Dan wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, Żewġ Taljani u Spanjola ndarbu hekk kif sofrew ħruq f’ġisimhom.
Il-pulizija kienet ġiet infurmata li żewġ Taljani, ġuvni u tfajla ta’ sittax-il sena u Spanjola ta’ sbatax-il sena kienu fi stabbiliment li jinsab fi Triq Santa Rita fejn l-akkużat kien qed jipprepara xi xorb alkoħoliku.
Hu u l-akkużat kien qed qed iqabbad xi fjamma max-xorb, din infirxet bil-konsegwenza li laqtet liż-żgħażagħ saħansitra f’wiċċhom.