Żewġ nisa Ingliżi mhux ser jitħallew jidħlu fl-Ewropa għal tliet snin, wara li ffalsifikaw riżultati tat-testijiet tal-Covid-19, b’waħda minnhom wara tirriżulta li kienet pożittiva għall-virus.
Kieanna Barnes ta’ wieħed u għoxrin sena u Victoria Chidibere Ajuda ta’ tlieta u għoxrin sena wieġbu ħatja li għamlu dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni.
Il-każ imur lura għat-22 ta’ Lulju, meta kif waslu f’pajjiżna ż-żewġ nisa preżentaw ir-riżultati foloz fejn wara kienu arrestati minnufih.
Huma skużaw irwieħhom u qalu li kienet azzjoni ta’ bluha, madanakollu barra li ma jistgħux jidħlu fl-Ewropa għal tliet snin, huma kienu immultati disa’ mitt ewro kull wieħed.