Kien 619 in-numru ta’ persuni li -ewwel sitt xhur tas- sena applikaw id-direttiva li permezz tagħha jissospendu lilhom infushom milli jidħlu f’casino.
Dan għax tant ikunu nħakmu mill-vizzju, jew tilfu tant us, li jkun aħjar għalihom jekk jiddeċiedu li għal perjodu ma jirfsux l-għatba ta’ dawn iċ-ċentri fejn id-divertiment huwa r-riskju u l-logħob tal-azzard.
Minn dawk li -ewwel sitt xhur tas-sena għażlu li jissospendu lilhom infushom 49% għamlu dan għal sitt xhur, lwaqt li 51% għamlu dan għal sena. Kien hemm persuna li ssospendiet lilha nnifisha b’mod indefinit. Dawn iċ-ċifri baqgħu bejn wieħed u ieħor bħal dawk tas- sena ta’ qabel. Dan it-tagħrif jirriżulta mir- rapport annwali tal-Malta
Gaming Authority fejn joħroġ ċar ukoll li l-casinos baqgħu imfittxija ħafna bi 379,344 żjara fl-ewwel sitt xhur tas- sena. Minn dawn 196,325 kienu żjarat ta’ Maltin u 183,019 ta’ barranin. L-eluf ta’ żjarat huma riżultat tal-varjetà ta’ logħob maħsub biex jattira lagħba bi profil differenti.
Jirriżulta li sittin fil-mija ta’ dawk li jmorru l-casinos f’pajjiżna huma rġiel, filwaqt li 40% huma nisa. Il-maġġoranza ta’ dawk li jattendu huma fl-età ta’ iktar minn 65 sena. Filwaqt li popolari wkoll mal-etajiet ta’ bejn il-35 u l-54 sena.
Fid-dawl li ċittadini Maltin ta’ inqas minn 25 sena ma jistgħux jidħlu l-casino huma baxxi ż-żjarat ta’ dawk f’etajiet ta’ inqas minn 25 sena. Fil-fatt dawn jammontaw biss għal 7%. Interessanti wkoll li fost dawk li jmorru l-casino l-flus kontanti huma l-iktar użati. 69% jħallsu l-logħob tagħhom bi flus kontanti, filwaqt li 31% jużaw kard tal-bank.
Jingħad li minn kull żjara, il- casino jdaħħal medja ta’€46.9. Naturalment din hi medja b’ħafna jilagħbu iktar u oħrajn ferm inqas għax għalihom il-casino mhijiex ħarġa maħsuba biex jilagħbu ġidhom.
Fuq kollox hemm 638 persuna b’impjieg dirett l- casinos, żieda fuq l-2014 meta kien hemm 417. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-gvern daħħal €6,641,312 f’taxxa mill-casinos biss.