Eritrean inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li ta daqqa ta’ flixkun lill-mara li kienet wara l-bar fejn ta’ spiss huwa kien jiffrekwenta.
Il-każ seħħ fl-20 ta’ Awwissu f’bar fil-Marsa. Fil-Qorti ntqal li r-raġel kien imur jixrob f’dan il-bar, jisker sakra u jaqla’ l-inkwiet. Sid il-bar wissa lill-imputat sabiex ma jersaqx lejn il-post, madankollu huwa baqa’ jinsisti li jrid jibqa’ hemm. Jidher li ftit tal-ħin wara dan qabad flixkun u prova jwaddbu lejn sid il-ħanut tax-xorb, imma ma laqtux.
Eżatt wara, qabad it-tieni flixkun u waddbu lejn il-mara li kienet wara l-bar.